Monday, December 23, 2024

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren joħroġ mis-sala qabel beda d-diskors ta’ dak Russu … Sybiha jgħajjar lil Lavrov “kriminal tal-gwerra”

Aqra wkoll

Eżatt qabel mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov kien imissu jindirizza l-31 summit tal-OSCE, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren, Andrii Sybiha qam minn postu u telaq ‘il barra mis-sala fejn għajjru li huwa “kriminal tal-gwerra”.
Is-sens ta’ rabja, tensjonijiet u mibgħeda qegħdin jinħassu sew f’din il-Konferenza li għaddejja bħalissa f’pajjiżna fejn qiegħda tiġi diskussa fuq kollox il-Gwerra fl-Ukrajna vis a vis s-sigurtà fl-Ewropa u fis-57 stati membri. L-appelli biex ir-Russja twaqqaf l-aggressjoni tagħha, li issa ila għaddejja għal aktar minn sentejn, qegħdin isiru minn diskors għall-ieħor, minn Ministri u diplomatiċi wieħed wara l-ieħor.
L-għajta hija għall-paċi u għaldaqstant għall-waqfien tal-Gwerra fl-Ukrajna bit-talba li r-Russja, deskritta bħala “reġim”, tieqaf tattakka u tirtira t-truppi tagħha mill-aktar fis possibbli mill-Ukrajna.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport