Saturday, December 21, 2024

Il-Ministru tal-Ambjent tal-Kolombja tgħid li rridu nirrestawraw in-natura biex nevitaw katastrofi globali

Aqra wkoll

L-umanità tirriskja t-tisħin globali katastrofiku jekk tiffoka biss fuq id-dekarbonizzazzjoni għad-detriment tar-restawr tad-dinja naturali. Dan intqal mill-Ministru tal-ambjent tal-Kolombja, qabel is-summit ewlieni li jiffoka fuq in-natura tad-dinja u li se jsir aktar tard din is-sena.

Susana Muhamad, li mistennija tkun il-president tas-summit Cop16 dwar il-bijodiversità f’Cali f’Ottubru, qalet li wieħed għandu jiffoka fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li għandna nipproteġu l-ekosistemi naturali sabiex dawn ma jkunu perikolużi għall-umanità. 

Waqt li kienet qed tfassal il-viżjoni tagħha għas-summit illi ġej, Muhamad qalet li l-qofol ewlieni ta’ dan is-summit, se jkun li titqajjem kuxjenza politika għad-dinja naturali biex iżżomm l-umanità f’limiti sikuri. Qalet ukoll; “Il-klima għandha ħafna aktar għarfien u investiment politiku, iżda mhux qed nirrealizzaw li jekk ma nagħtux każ, din tista’ tiġi perikoluża”.

Muhamad ħeġġeġ lill-gvernijiet mit-tramuntana globali biex jagħmlu tajjeb għall-impenji tagħhom biex iżidu l-finanzi fir-rigward tar-restawr tan-natura. Żiedet tgħid li l-Cop16 se tkun qiegħda tiffoka fuq kif jiġu mobilizzati sorsi alternattivi ta’ finanzjament mis-settur privat.

Huwa mifhum li l-Gvern Kolumbjan kien vuċi ewlenija għal azzjoni f’summits ambjentali internazzjonali f’dawn l-aħħar snin taħt il-presidenza tal-ewwel mexxej tax-xellug tal-pajjiż Gustavo Petro. 

Ekonomija

Sport