Thursday, January 8, 2026

Il-Ministru tal-Edukazzjoni infurmat li seħħ inċident bejn żewġ studenti f’istituzzjoni edukattiva f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni hu infurmat li seħħ inċident bejn żewġ studenti f’istituzzjoni edukattiva f’Għawdex.

L-uffiċjali tal-iskola intervjenew immedjatament biex jassiguraw li s-sitwazzjoni kienet ikkontrollata u li s-sigurtà tal-istudenti kollha kienet imħarsa.

Is-saħħa u s-sigurtà tat-tfal u żgħażagħ fl-ambjent edukattiv kienet, għadha u tibqa’ prijorità assoluta tal-Ministeru. Il-Pulizija qed tinvestiga sabiex tiddetermina ċ-ċirkostanzi tal-każ u sabiex jiġi żgurat li jittieħdu l-passi kollha neċċessarji.

F’dan il-kuntest, il-Ministeru jfakkar li f’Diċembru nħatar Advisory Board bl-għan li joffri rakkomandazzjonijiet strateġiċi u operazzjonali lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni rigward Qafas dwar kontroll tal-Imġiba, jassigura li kull implimentazzjoni tkun allinjata mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-istandards edukattivi u wkoll il-prinċipji ta’ benesseri tal-istudenti u l-edukaturi, skont l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport