Wednesday, October 9, 2024

“Il-mirakli għadhom isiru”

Ilesti t-teżi fi ftit ġimgħat wara li xi ħadd ħadlu l-laptop

Aqra wkoll

Leon Farrugia li f’Awwissu ta’ din is-sena kien għamel diversi appelli biex min ħadlu l-laptop iroddu lura għax fuqu kellu t-teżi, illum kiteb li minkejja kull sfida rnexxielu jeħles ix-xogħol kollu.

“Minkejja li l-laptop qatt ma ngħata lura lili, jien bqajt determinat. F’dawn il-ħames ġimgħat li għaddew irnexxieli noħloq mill-ġdid it-teżi kollu fil-ħin biex inkun nista’ nissottomettih,” jikteb Leon filwaqt li rringrazzja li ngħata estenzjoni ta’ 4 ġimgħat.

Hu jirringrazzja lil dawk kollha li tawh l-appoġġ biex ikun jista’ jlesti t-teżi fil-ħin.

Fit-23 ta’ Awwissu li għadda, Leon Farrugia kien kiteb appella fuq il-midja soċjali biex min ħadlu l-laptop iroddu lura u ma kienx se jieħu passi fuqu.

Huwa kien qal li fil-basket, minbarra l-laptop kien hemm ukoll €120, ritratti sentimentali u hardrive b’kopja tat-teżi, li mingħajru ma’ jistax jiggradwa. Fl-istess messaġġ ingħad ukoll; “It-tezi huwa importanti ħafna għalija għax mingħajrha ma nwettaqx il-ħolma tiegħi li niggradwa. Jekk xi ħadd ħa jew isibu, dan għandu jieħdu fl-Għassa tal-Mosta u jien lest li mhu se nfittex lil ħadd, lanqas lil min ħaduli”

Fl-istess messaġġ, Farrugia ħeġġeġ lil min seraqlu l-laptop sabiex ikun uman u sabiex lilu ma jħalliħx jinkwieta fuq il-futur tiegħu għax jekk ma jinstabx, jista ikun hemm possibilita’ li ma jiggradwax.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport