Ftit tal-ħin ilu bdiet il-maratona fejn fiha qegħdin jinġabru fondi b’risq DAR Bjorn Respite li huwa t-tielet proġett ta’ ALS Malta. Din is-sena t-tema tal-maratona hija “l-Mirakli Jsiru”
DAR Bjorn Respite se tkun ta’ estensjoni tat-tieni dar li Bjorn fetaħ f’Ħaż-Żebbuġ. Din se sservi bħala Respite għal nies b’kundizzjonijiet newroloġiċi.
Dan ifisser li persuni b’tali kundizzjonijiet, iżda li għadhom qegħdin jgħixu fid-djar tagħhom jistgħu jagħżlu li jmorru għal xi ġranet f’din id-dar biex b’hekk dawk li jieħdu ħsiebhom ikollhom iċ-ċans li jistrieħu ftit.
Il-maratona se tibqa’ għaddejja sa nofsillejl u se tkun qiegħda tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.
Il-pubbliku jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi:
SMS – 5061 8936 – €6.99
Ċempel – 5180 2018 – €25
BOV Mobile Pay – 79096249
Revolut – +356 79209420
Online – https://alsmalta.org/donate/