Saturday, December 21, 2024

“Il-morning after pill f’Mater Dei għall-in-patients” – Il-Ministru Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-deputat tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jekk il-morning after pill hijiex disponibbli fl-Isptar Mater Dei, f’każ li iva jekk tingħatax b’xejn u jekk le hiex parti mill-protokoll tar-Rape Response Team skont l-istandards tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Il-Ministru għas-Saħħa weġibha li l-morning after pill hija disponibbli mingħajr ħlas għal pazjenti in-patients f’Mater Dei skont id-deċiżjoni klinika tat-tabib kuranti.

Sadanittant, l-istess deputat staqsiet lil Fearne jekk jikkonfermax li t-tieni tilqima għall-influwenza hijiex ta’ ditta differenti mill-ewwel tilqima u jekk dan ifissirx li min ikollu jieħu iktar minn tilqima waħda, bħat-trabi, se jkollu jieħu żewġ dożi tat-tilqima l-ġdida.

Fearne weġibha li ma kinitx korretta f’dak li qed tgħid u nsista li dawk it-tfal u t-trabi li kienu ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tal-influwenza f’Ottubru ngħataw it-tieni doża b’tilqima tal-istess ditta.

Ekonomija

Sport