Saturday, December 21, 2024

Il-MP Jean Claude Micallef iressaq l-idea għal Common Sports Policy

Aqra wkoll

Waqt l-indirizz tiegħu fi Strażburgu, il-Membru Parlamentari Laburista Jean Claude Micallef ressaq l-idea għal Common Sports Policy fuq bażi Ewropea. Id-deputat Laburista spjega lil pajjiżi membri li dak li qed tirrakkomanda s’issa l-UE hu wisq ibbażat fuq temi ekonomiċi u finanzjarji imma tonqos biex toħloq politika soda għal benessere. 

Din l-inizjattiva tal-Membru Parlamentari Malti ġiet milqugħa tajjeb ħafna tant li l-Working Group responsabbli miż-żgħażagħ, edukazzjoni, sport u kultura se jkun qiegħed jirrakomda l-proposta tiegħu quddiem il-Konferenza għall-Futur tal-Ewropa. Micallef spjega lill-bqija tal-pajjiżi membri l-idea tiegħu dwar il-ħtieġa għal Common Sports Policy.Micallef spjega li minbarra policies oħrajn importanti bħalma huma daw imressqa li jitrattaw l-enerġija u setturi oħra jeħtieġ li tkun introdotta din il-policy li ttejjeb il-ħajja tan-nies.

Jeħtieġ li l-isports jingħata aktar importanza u jkun hemm distinzjoni bejn l-livelli sportivi filwaqt li jinħoloq kurrikulu li jgħin biex ikollna popolazzjoni aktar b’saħħitha.

Fost l-ideat imressqin minn Micallef, ħeġġeġ biex nippromwovu ikel b’anqas zokkor, innaqqsu l-junk food, nippromwovu żjarat ta’ studju u xiehda ta’ dan huma l-attivitajiet tal-ERASMUS.

Micallef qal li l-Isports għandu jkun fattur determinanti wkoll f’kampanji li jissieltu l-obeżità u r-razziżmu fost inugwaljanzi bejn il-ġeneru.

Elenka wkoll li inutli l-UE tirrakkomanda festivals sportivi u minflok emfasizza li jkun hemm kollaborazzjoni ma’ Federazzjonijiet u Assoċjazzjonijiet sportivi Ewropej li huma ta’ l-ogħla livell. Ġab l-eżempji tal-Uefa, l-Fiba u Fina li magħhom l-EU għandha tikkordina programmi biex jinbena qafas li jgħin f’finanzjament u skambju ta’ għerf u ideat fejn jidħol:

  • Riċerka u Żvilupp
  • Inklużjoni Soċjali
  • Il-Mediċina u t-Terapija
  • Xiri ta’ Equipment

Micallef sostna li l-pajjiżi Ewropej għandhom jingħaqdu biex ninċentivaw mentalità sportiva li tista’ tissarraf f’titjib fil-livell sportiv kif ukoll fil-ħajja tagħna lkoll.

Ekonomija

Sport