Il-Malta Premier League, li tiġbor fi ħdanha lit-12-il klabb tal-ogħla diviżjoni tal-football Malti, tilqa’ b’sodisfazzjon il-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Gvern u l-Awtorita’ tal-Ippjanar rigward il-kummerċjaliżazzjoni tal-propjetajiet sportivi.
L-MPL hija tal-fehma li l-policy proposta tilħaq bilanċ xieraq biex l-entitajiet sportivi jkunu jistgħu ikollhom dħul sostenibbli filwaqt li l-poplu jingħata valur aċċettabbli għal propjeta pubblika.
Dan filwaqt li jiġi protett l-ambjent u l-proġetti jżommu l-isport bħala ċ-ċentru tagħhom.
L-MPL tqis din il-policy bħala pass essenzjali għall-iżvilipp sostenibbli tal-isport lokali u tħeġġeġ lil partijiet kollha biex jappoġġjaw dan il-pass pożittiv.

