Tuesday, December 24, 2024

Il-MPU titlob għal rinovar fl-għassa tal-Imsida

Il-MPU tisħaq li mhux post denju għal uffiċjal tal-pulizija li jrid jaħdem għal 12-il siegħa sħaħ f’dan l-ambjent.

Aqra wkoll

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Union (MPU) fi stqarrija maħruġa esprima d-dispjaċir tiegħu dwar is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida. 

Il-MPU sostniet li dan il-post tax-xogħol ma jixraq lil ħadd biex taħdem fih aħseb u ara kemm jixraq uffċjali tal-pulizija li jridu jaħdmu għal 12-il siegħa sħaħ f’dan l-ambjent. Apparti minn hekk qalet ukoll li dawk iċ-ċittadini li jiġu f’din l-għassa, qed jiġu milqugħa f’dan l-ambjent mhux xieraq. 

Il-MPU saħqet li hekk kif diġà elenkat xi xogħlijiet li qed isiru f’għasses oħra, hekk ukoll ser tagħmel f’dan il-każ.

Ekonomija

Sport