Friday, December 27, 2024

Il-MTF laqgħet il-proġett pilota ta’ għoti ta’ laptop mill-gvern lil familji bi dħul baxx

Aqra wkoll

Il-Malta Trust Foundation laqgħet b’sodisfazzjon il-proġett pilota tal-gvern li għandu l-għan li jipprovdi laptops u internet b’xejn lil familji bi dħul baxx.

Il-Fondazzjoni enfasizzat din il-kwistjoni x-xahar li għadda meta ppubblikat is-sejbiet ta’ stħarriġ ikkummissjonat mill-MISCO li wera li 5,000 tifel u tifla f’Malta għad m’għandhomx aċċess għal kompjuter, laptop jew tablet u dan ifixkel serjament l-iżvilupp edukattiv tagħhom.

L-istħarriġ wera wkoll li 11 fil-mija tat-350 familja ma kellhomx biżżejjed tagħmir għat-tfal kollha tagħhom, b’riżultati negattivi jkunu aktar prevalenti fost dawk li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat.

B’riżultat ta’ dan, il-Fondazzjoni nediet l-inizjattiva Your Device Your Right b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ u numru ta’ negozji li qed jappoġġjaw permezz tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom biex iqassmu laptops użati rinnovati lil studenti li qed jitħabtu biex ilaħħqu ma’ sħabhom tal-klassi.

L-inizjattiva YDYR tgħin ukoll biex tindirizza t-tħassib ambjentali maħluq minn tagħmir teknoloġiku mormi.

Il-Fondazzjoni nnutat li d-distakk diġitali huwa reali ħafna, u l-pandemija imbuttat din ir-realtà qawwija fuq quddiem.

Ekonomija

Sport