“Fi ftit ġranet għandu opportunità jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari u se jkun hemm il-Kummissarju tal-Pulizija nominat u jista’ jagħmillu id-domandi kollha ta’ x’biħsiebu jagħmel dwar dak li semma’ sa issa l-istess Kap tal-Oppożizzjoni. Dak li qed tistedinna nagħmlu l-Oppożizzjoni, ngħid li fl-aħħar sigħat il-Qorti qalet li l-eks Kummissarju għandu jkun investigat. La darba niddiskutu hawn inkunu qed inwaqqfu dik l-investigazzjoni u din ma rriduhiex. Irrid li l-investigazzjoni ssir. Jien irrid nitkellem dwar fejn investigazzjoni tagħti lok għal prosekuzzjoni, dik issir u l-qrati jagħtu l-ġudizzju tagħhom. Il-mument li l-Parlament nikkonvertuh f’Qorti, ikunu qed nagħmlu l-akbar żball li nistgħu nagħmlu.”
Dan sostnieh il-Prim Ministru Robert Abela, dwar l-intervent tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia li talab li l-Parlament jiddiskuti dak li ħareġ mill-Qorti.