Sunday, November 24, 2024

Il-musical The Phantom of the Opera fi Broadway issir parti mill-istorja

Aqra wkoll

F’35 sena ta’ wirjiet… b’kollox 13,981 wirja, eluf ta’ eluf ta’ persuni tpaxxew bil-mużika ta’ Andrew Lloyd Webber fil-musical The Phantom of the Opera li kienet issir fi Broadway fit-Teatru Majestic fi New York fl-Istati Uniti.

Kien fis-16 t’April li saret l-aħħar rappreżentazzjoni ta’ din il-musical li għalija attenda l-kompożituri nnifsu. F’kummenti li ta qal li din l-aħħar rappreżentazzjoni ta’ waħda mill-aktar musicals li għamlu suċċess qed jiddedika lil ibnu Nicholas li miet bil-marda tal-kanċer fl-età ta’ 43 sena x-xahar li għadda.

“Nispera li ma tiddejqux jekk niddedika din ir-rappreżentazzjoni lil ibni Nick…” qal Andrew Lloyd Webber.

Hu kompla jgħid li meta Nick kien żgħir kien sema lil Sarah Brightman li hija l-eks mara ta’ Andrew tkanta biċċa minnha u mill-ewwel kien qalli kemm hi sabiħa l-musical.

Kien f’Settembru tas-sena li għaddiet meta tħabbar li r-rappreżentazzjonijiet ta’ din il-musical kienu se jieqfu fl-2023. Hekk kif ħarġet din l-aħbar, kien hemm eluf kbar ta’ persuni li marru biex jaqtgħu l-biljetti tant li d-direġenti kellhom itawlu ż-żmien għal aktar rapprezentazzjonijiet b’xagħrejn.

Sal-lum, din il-musical rebħet 7 Tony Awards fosthom l-aqwa musical ta’ kull żmien.

F’35 sena, it-Teatru fi New York ħaddem aktar minn 6,500 ħaddiem biex saru dawn ir-rappreżentazzjonijiet fosthom 400 attur.

Sport