Saturday, December 21, 2024

Il-PA tapprova barriera għall-Offroad

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

YouTube video

Wara t-Tnejn li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li b’kooperazzjoni mal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, il-bini ta ’ċirkwit u investiment sostanzjali fid-Drag Racing u l-Karting Tracks, illum ħarġet aħbar sabiħa oħra: din id-darba għad-dilettanti tal-Off-Road.

Wara li fl-1997 ġie ppubblikat avviż legali numru 196/97, li ddikjara Off-Road illegali f’Malta ħlief f’żoni identifikati għal dan l-isport, l-Awtorità tal-Artijiet, flimkien mal-All-Wheel Drive Club u l-Malta Motorsport Federation, identifikaw barriera fl-Aħrax, limiti tal-Mellieħa, bħala ż-żona fejn jista ‘jiġi pprattikat Offroad. Permezz ta ’avviż legali 454 tal-2011, datat 12 ta’ Ottubru 2011, l-awtorità tal-art ittrasferiet din il-Barriera lill-Kunsill Malti Għall-Isport, illum SportMalta, li sussegwentement għaddieta lill-Malta Motorsport Federation.

Fl-2016 il-Federazzjoni applikat għall-permessi meħtieġa, u llum b’sodisfazzjon, l-awtorità tal-ippjanar approvat dan il-proġett u b’hekk dan is-sit jista ‘, fl-aħħar, jintuża għall off-roading f’ambjent aktar sigur.

Ekonomija

Sport