Thursday, June 5, 2025

Il-padel hu sport għal kulħadd … kemm jekk int atleta jew għadek tibda … hu pjaċevoli, soċjali u jagħtik sfida mentali u fiżika – Charlene Farrugia Magri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-padel?

L-imħabba tiegħi lejn il-padel bdiet meta ppruvajtu għall-ewwel darba ġewwa Sqallija u immedjatament ħassejt dik l-eċitament u l-adrenalina li tant kont tħoss f’sport kompetittiv. Jien li gejja mill Kamp tal Ginnastika u bhala ex atleta tat-Tim Nazzjonali, l-element soċjali u l-fatt li huwa sport ta’ ritmu mgħaġġel, jagħmluh speċjali ħafna. Malajr sirt naf li rrid nidħol aktar fil-fond f’dan l-isport u nagħtih sehem importanti mill-ħajja tiegħi sportiva.

Kemm jgħinek il-fatt li fil-passat kont tennista’ ta’ livell għoli biex tikseb suċċess fil-padel?

Il-fatt li kont involuta fit-tennis jgħinni ħafna – speċjalment fil-moviment fuq il-court, il-kordinazzjoni bejn idejn u għajnejn, u l-ħsieb tattiku. Però l-padel għandu d-differenzi tiegħu u għalkemm xi ħiliet jli jiġu trasferiti, kelli xorta nitgħallem affarijiet ġodda u nadatta għalihom. Bħala atleta, tgħallimt kemm hu importanti li tibqa’ titjieb u ma tiddejjaqx terġa’ tibda mill-qiegħ.

Kemm hu simili u differenti l-padel mit-tennis?

It-tnejn huma sports fuq court bil-ballun u r-racket, imma hemm ħafna differenzi. Il-padel hu aktar ibbażat fuq il-logħba ta’ doubles u jinvolvi ħsieb strateġiku differenti. L-użu tal-hgieg jagħti dimensjoni oħra kompletament lill-logħba u tkomplija ta rally anke meta ballun johrog barra mill court taghtih ghamla differenti mit-tennis. Il-punti jdumu aktar, u għalhekk għandek bżonn aktar paċenzja u kuraġġ mentali. Fl-istess ħin, hu iktar aċċessibbli u divertenti għal ħafna nies mill-ewwel darba li jippruvawh.

Fil-jiem li għaddew, flimkien mar-raġel tiegħek Jean Paul Farrugia, kisbtu t-tieni post fiċ-Charter Club Cup. Agħtina aktar dettalji.

Kien turnew sabiħ, organizzat u ta’ livell tajjeb ħafna. Dan kien team tournament u hekk kif Jean Paul bħala jinsab waqt l-off season mill-karriera professjonali tal-futbol tiegħu, ħajjartu jidħol fix-xena tal-kamp sportiv tiegħu. Ġejna mgħajta biex jien u Jean Paul nilagħbu flimkien. Ma tkunx faċli tilgħab mas-sieħeb tiegħek, peró, il-fatt li kont qed naqsam din l-esperjenza mar-raġel tiegħi għamlitha saħansitra aktar speċjali. Kull punt ġie b’sagrifiċċji u determinazzjoni, u li lgħabna fil-finali huwa tassew ta’ prestiġju. Ħief għall-aħħar logħba irbaħna straight sets fil-kategorija tagħna u bħala tim ġejna fit-tieni post u għalhekk konna kuntenti ħafna li għamilna kontribut tajjeb lit-tim.

Kif tqis il-livell tal-padel f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-padel f’Malta qiegħed dejjem jitjieb. Dejjem hemm iktar plejers li qed jeħduh bis-serjetà u jitolbu aktar kompetizzjoni. Nahseb li hemm ħafna potenzjal u enerġija. Hemm en li bil-ħidma t-tajba nistgħu nasal biex inkunu kompetittivi anke fuq livell internazzjonali.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Il-faċilitajiet fejn jintlagħab il-padel f’Malta qed jiżdiedu u qed naraw iktar klabbs jagħtu spazju lil dan l-isport. Però għad fadal xogħol x’jisir biex ikollna strutturi u appoġġ professjonali għal min irid imur lil hinn mill-livell ta’ hobby. Jekk irridu naslu f’livell Ewropew jew Olimpiku, irridu ninvestu f’aktar riżorsi, taħriġ tekniku u kompetizzjonijiet organizzati sew u xejn u qabel kollox jittrawwem team nazzjonali.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f’dan l-isport li tant tħobb?

Jien qed nimmira li nibqa’ nikkompeti f’livell altar għolja u nkompli nitjieb bħala atleta. L-għan tiegħi hu li nirrappreżenta lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali, u jekk xi darba l-padel jidħol bħala sport Olimpiku – li hu ferm probabbli – nixtieq inkun hemm. It-raġel tiegħi, Jean Paul u ommi Josette, huma l-back bones tiegħi li dejjem jissapportjawni bis-sħiħ u jġiegħluni nkun atleta aħjar. Dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nkun parti minn żewġ timijiet nazzjonali f’oqsma ta’ sport totalment differenti minn xulxin!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika l-padel.

Il-padel hu sport għal kulħadd … kemm jekk int atleta jew għadek tibda … hu pjaċevoli, soċjali u jagħtik sfida mentali u fiżika. Tkunx beżgħan tipprova! Ħafna minna bdejna aktar tard u sibtu passjoni ġdida f’din il-logħba. Oħroġ hemm, ipprova sessjoni, u tista’ tkun qed tibda vjaġġ sportiv ġdid li jista’ jħallik sorpriż kemm tkun imħabba mill-ewwel!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport