Thursday, December 26, 2024

Il-paga medja fit-tielet kwart tas-sena tammonta għal €1,536 fix-xahar

Aqra wkoll

Is-salarju bażiku medju fix-xahar fit-tielet kwart għal din is-sena kien stmat li jammonta għal €1,536. Dan jirriżulta minn informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

L-ogħla salarju bażiku kien reġistrat fis-settur tal-finanzjaji u tal-assigurazzjoni, bil-medja tammonta għal madwar €2,200.

Intant l-informazzjoni ppubblikata mill-NSO tindika li s-salarji medji kienu jvarjaw minn €994 għal persuni b’impjiegi elemtari għal €2,197 għal dawk f’kariga ta’ maniġers.

L-NSO qal li fit-tielet kwart ta’ din is-sena kien hemm 259,731 persuna b’impjieg, li huwa fl-istess livell mat-tieni kwart tas-sena.

L-informazzjoni ppubblikata tindika li 59.4% tal-persuni li għandhom 15-il sena jew aktar kellhom impjieg matul dan il-perjodu.

Dawk li jaħdmu bħala self-employed jammontaw għal 16.1% tal-persuni kollha li għandhom impjieg.

Il-biċċa l-kbira tal-persuni kienu reġistrati li għandhom impjieg fultajm u jammontaw għal 229,690. Ma’ dawn hemm 30,041 persuna li għandhom partajm bħala l-impjieg primarju tagħhom.

L-informazzjoni tal-NSO tindika li dawk li jaħdmu fuq bażi fultajm jaħdmu medja ta’ 42.2 sieħat, filwaqt dawk fuq bażi partajm jaħdmu meda ta’ 22.5 sigħat fil-ġimgħa.

L-NSO nnota li r-rata tal-qgħad għat-tielet kwart tas-sena kienet tammonta għal 4.6%, bil-biċċa l-kbira ta’ dawk qiegħda jkolljom bejn 25 u 74 sena.

Ekonomija

Sport