Monday, April 6, 2026

Il-Pakistan jippreżenta pjan fuq żewġ fażijiet biex tintemm il-gwerra fl-Iran

Aqra wkoll

Il-Pakistan ippreżenta pjan fuq żewġ fażijiet biex b’hekk tintenn il-gwerra fl-Iran. Dan il-pjan jinkludi li jieqfu l-attakki mill-Istati Uniti u Iżrael fuq l-Iran filwaqt li dan tal-aħħar jerġa’ jiftaħ mill-ġdid l-Strait of Hormuz biex minnu jgħaddu tankers taż-żejt.

Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iranjan dalgħodu rrikonoxxa li qiegħed isir sforz mill-Pakistan biex tinstab soluzzjoni. 

Fil-midja internazzjonali ġie rraportat li l-Kap tal-Armata tal-Pakistan Asim Munir għamel lejl sħiħ jinnegozja mal-Viċi President tal-Istati Uniti JD Vance u l-mibgħut speċjali Steve Witkoff. Min-naħa l-oħra kien qiegħed ukoll jinnegozja mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan Abbas Araghchi.

Skont il-pjan jekk jintlaħaq qbil għadu jkun hemm waqfien mill-ġlied ta’ bejn 15 u 20 jum u jinfetaħ b’mod immedjat l-Strait of Hormuz. Matul dan iż-żmien jitkomplew in-negozjati biex b’hekk jiġi ffirmat ftehim ta’ paċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport