Friday, December 27, 2024

Il-pakketti fiskali tal-G20 għall-ġlieda kontra l-Coronavirus jaqbżu l-$4.68 triljun

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Informazzjoni miġbura minn Buyshares.co.uk tindika li l-pakketti fiskali għall-pandemija tal-Coronavirus mill-pajjiżi tal-G20 hu ta’ $4.68 triljun. Jidher li dan il-pakkett fiskali mhux finali, peress li l-pandemija għadha ma ġietx imwaqqfa kompletament. 

L-ogħla pakkett fiskali kien dak tal-Ġappun li jammonta għal $996.45 biljun u ekwivalenti għal 19.5% tal-PDG tal-pajjiż. Il-pakkett fiskali min-naħa tal-Istati Uniti kien ta’ $562.1 biljun, filwaqt li dak tal-Awstralja kien ta’ $495.67 biljun. 

Is-sit Buyshares.co.uk jirrapporta li l-kumplament tad-dinja tħares lejn il-mod kif irreaġixxew il-pajjiżi li jifformaw il-G20 bħala gwida. Jispjega li minħabba l-pandemija, ħafna ekonomiji waqfu peress li n-nies ma jistgħux jaħdmu flimkien fl-istess spazju. Għalhekk, jgħid li d-dinja għandha bżonn mekkaniżmu politiku u l-G20 hu fost dawk l-organi li mistenni joħorġu b’dan it-tip ta’ mekkaniżmu. 

Ekonomija

Sport