Sunday, December 22, 2024

Il-Palazz ta’ Selmun se jiġi restawrat bi spiża ta’ madwar €575,255

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li kien ħareġ tender għar-restawr tal-Palazz ta’ Selmun u dan mistenni jiġi jiswa madwar €575,255.

Dawn l-offerti se jkunu qegħdin jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar sad-9.30am. Nofs siegħa wara jibdew jinfetħu l-istess offerti.

Il-Palazz ta’ Selmun inbena fis-Seklu 18 mill-Monte della Redenzione degli Schiavi. Din kienet għaqda karitattiva mwaqqfa mill-Granmastru Alof de Wignacourt biex tħallas lill-Ottomani u lill-Barbari għall-ħelsien tal-Insara.

Fis-snin passati, il-Palazz inbidel f’lukanda. Kien fl-2011 meta dan ingħalaq waqt li kien qiegħed isir ir-ristrutturar tal-Air Malta li taħtha kienet taqa’ l-kumpanija li kienet tmexxi l-lukanda.

Il-Palazz ta’ Selmun huwa skedat Grad 1, l-ogħla grad li jista’ jingħata għall-ħarsien ta’ binja.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo laqa’ din l-aħbar u qal li fiduċjuż li x-xogħol se jkompli jippreserva l-istorja u l-identità tagħna.

Ekonomija

Sport