Sunday, December 22, 2024

Il-Pampalun kien wera x-xewqa li jibqa’ mfakkar mal-karnival

Mijiet isellmu lil Pawlu Curmi

Aqra wkoll

Dalgħodu bis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu fil-Belt Valletta ppakjata bin-nies, ingħata l-aħħar tislima Pawlu Curmi magħruf bħala “il-Pampalun”.

Curmi jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu li ta fil-Karnival ta’ Malta għal snin twal fejn kien jikkompeti f’kompetizzjonijiet taż-żfin u anke karrijiet. Fil-fatt ħafna kienu jsibu bħala “Ir-Re tal-Karnival” jew inkella “Missier il-Karnival ta’ Malta”.

F’intervista li kien ta ftit ilu hu kien wera x-xewqa li jmut fil-karnival ta’ Malta u dan juri l-imħabba li kellu għal din il-kultura Maltija.

Pawlu Curmi twieled fit-12 ta’ Diċembru tal-1930 u kien iż-żgħar fost disa’ aħwa.

Curmi miet nhar l-Erbgħa li għadda fit-8 ta’ Novembru fl-età ta’ 92 sena. L-aħbar tal-mewt tiegħu rat il-midja soċjali tinfaqa’ b’kitbiet li jfakkru l-karattru uniku tiegħu, it-talenti tiegħu u l-imħabba speċjali li kellu lejn il-Karnival tant li f’dak iż-żmien żgur li kont se tarah għall-briju u x-xalar fit-toroq tal-Belt Valletta.

Ekonomija

Sport