Saturday, May 4, 2024

Il-pandemija ma twaqqafx lill-Pulizija milli jferrħu tfal fl-Isptar Mater Dei

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjali mit-taqsima tal-SIU fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u dawk tal-Komunità lbieraħ ingħaqdu biex joffru xi ħaġa b’differenza lit-tfal fis-swali ta’ Disneyland, Wonderland u Fairyland.

Sfortunatament minħabba l-firxa tal-pandemija l-uffiċjali ma setgħux jidħlu fis-swali, iżda xorta waħda setgħu jaraw esebizzjoni ta’ abseiling filwaqt li jxejru lil San Niklaw mit-twieqi tas-swali tagħhom.

Fi tmiem l-attività l-Pulizija tal-Komunità taw xi rigali lill-infermiera sabiex ikunu jistgħu jitqassmu liċ-ċkejknin.

Sport