Saturday, November 23, 2024

Il-pandemija tal-coronavirus teffettwa l-aktar l-impjiegi taż-żgħażagħ

Aqra wkoll

L-impatt tal-pandemija tal-coronavirus qed jinħass l-aktar fost l-impjiegi taż=żgħażagħ. Dan kien indikat miċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Madwar 10.8% taż-żgħażagħ taħt il-25 sena kienu jinsabu bla impjieg f’April. Dan meta pparagunat mat-8.5% li kien reġistrat matul l-istess perjodu s-sena li għaddiet ifisser żieda ta’ 2.3%.

Iċ-ċifri tal-NSO madankollu juru li l-pandemija effettwat lil ħaddiema ta’ kull età.

Fl-istess waqt ir-rata tal-qgħad fost ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 25 sena kien ta’ 2.3%, żieda ta’ 1.2% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Ir-rata tal-qgħad f’Malta għax-xahar ta’ april kienet ta’ 4%, żieda ta’ 0.6% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Sport