Monday, May 13, 2024

Il-Papa Franġisku f’appell kontinwu kontra l-kunflitt u l-gwerer

Aqra wkoll

Hekk kif tajna l-bidu għal sena ġdida fl-omelija tiegħu waqt il-Quddiesa għas-Solennità ta’ Marija, Omm Alla, il-Papa Franġisku appella lir-reliġjużi kollha biex jiftħu għajnejhom quddiem dak li hu verament importanti – Alla u l-poplu. 

Huwa stqarr, li s-sena li tiftaħ biċ-ċelebrazzjoni ta’ omm Alla u ommna, tgħidilna li ċ-ċavetta tat-tama hija Marija bil-qdusija u l-imħabba kollha tagħha. Huwa żied jgħid, “Ejjew nafdaw f’idejn ommna l-maħbub Papa Emeritus tagħna Benedittu XVI biex din takkumpanjah fil-passaġġ tiegħu lejn is-salvazzjoni”.

Il-Papa Franġisku appella sabiex kulħadd jitlob lil Marija b’mod speċjali għal uliedha li qed ibatu u m’għadx għandhom is-saħħa jitolbu, kif ukoll għal dawk kollha li qegħdin isofru minħabba l-kunflitt u minħabba l-gwerra. Huwa stieden lil kulħadd sabiex jistaqsu kif jistgħu jgħinu lil ħaddieħor b’umiltà u sabiex jagħtihom il-kuraġġ kollu meħtieġ.

Sport