Saturday, December 21, 2024

Il-Papa Franġisku fi triqtu lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku wasal fil-gżira Għawdxija ftit tal-minuti ilu fejn mal-wasla tiegħu fir-Rabat Għawdex, huwa seta’ jiġi nnutat jibdel il-vettura.

Proprju ftit tal-ħin ilu l-Papa Franġisku ċċaqlaq mill-vettura privata li kien qiegħed jivvjaġġa fiha biex seta’ jirkeb fuq il-popemobile biex ikun jista’ jgħaddi minn qalb il-folol li nġabru biex jistennewh mal-ġnub tat-triq.

Ħafna minn dawk preżenti nġabru sa minn sigħat ilu sabiex ikunu jistgħu jilqgħu lill-qdusija tiegħu.

Aktar tard l-Papa Franġisku se jkun qiegħed imexxi laqgħa ta’ talb mis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Ekonomija

Sport