Thursday, December 26, 2024

Il-Papa Franġisku ħerqan li jżur Malta

Aqra wkoll

Is-Segretarju tal-Vatikan għar-relazzjonijiet ma’ stati oħra, l-Arċisqof Paul Callagher qal li l-Papa Franġisku jinsab ħerqan li jżur Malta u jittama li din iż-żjara tiegħu sservi għal paċi li tant hawn bżonnha fid-dinja.

L-Arċisqof Callagher qal dan lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropew, Evarist Bartolo waqt taħdita bit-telefon li fiha ddiskutew il-gwerra fl-Ukrajna. Iż-żewġ naħat appellaw għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna waqt li sejħu għal soluzzjoni diplomatika għat-traġedja Ukrena. 

Il-Ministru Bartolo u l-Arċisqof Callagher sostnew li l-gwerra li għaddejja bejn ir-Russja u l-Ukrajna qed twassal għal qerda ta’ pajjiż sħiħ, il-qtil ta’ eluf ta’ nies ċivili fosthom tfal, nisa u anzjani kif ukoll qed twassal biex miljuni ta’ nies iħallu djarhom u jfittxu kenn f’inħawi oħra tal-Ukrajna u f’pajjiżi oħra.

Ekonomija

Sport