Il-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku llum qed jiċċelebra l-għeluq l-84 sena mit-twelid tiegħu. Huwa twieled f’Buenos Aires l-Arġentina fl-1936. Huwa kien inħatar Kardinal mill-Papa Ġwanni Pawlu ll fil-21 ta’ Frar 2001 u ġie elett Papa ftit aktar minn 12-il sena wara, proprju fit-13 ta’ Marzu tal-2013.
Il-Papa Franġisku kellu jżuri Malta f’Mejju li għadda iżda minħabba l-pandemija din iż-żjara kellha tiġi posposta. Dan wara li anke fl-ewwel xhur tal-pandemija Franġisku kien rrapurtat li għamel xi jiem ma jiflaħx u li kien se jevita li jkollu kuntatt man-nies bħala prekawzjoni minħabba t-tixrid tal-virus.
Il-Kardinal Mario Grech ħabbar li se jerġa’ jistiednu biex jiġi jżur pajjiżna ladarba s-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar.