Għat-12-il sena konsekuttiva, l-Italja rreġistra tnaqqis fir-rata ta’ twelid. Din l-istatistika, deskritta mill-Papa Franġisku bħala “traġedja”, tfisser li koppji Taljani qegħdin jippreferu li ma jkollhomx tfal jew jibqgħu f’wild wieħed.
Quddiem dan, il-Papa spjega li dan it-tnaqqis jista’ jkun ta’ detriment għall-ekonomija tal-pajjiż u jmur kontra l-ispirtu tal-familja.
Sena ilu, fl-Italja twieldu mal-404,892 tarbija, 15,192 inqas mis-sena preċedenti.