Wara l-wasla fil-Belt Valletta, il-Papa Franġisku daħal fil-Palazz tal-President.
Hemmhekk daħal fis-Sala tal-Ambaxxaturi fejn kellu laqgħa mal-President ta’ Malta George Vella u s-sinjura tiegħu.
Wara din il-laqgħa, huwa ltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela, martu Dr Lydia Abela u binthom Giorgia Mae.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/papa-PM.png)
Wara se jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu waqt il-laqgħa mal-awtoritajiet u l-Korp Diplomatiku fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.