L-ewwel parti taż-żjara tal-Papa Franġisku fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex intemmet bil-preżentazzjoni tal-Warda tad-Deheb.
Din hija t-tieni Warda tad-Deheb ippreżentata quddiem dan il-kwadru devot tal-Madonna ta’ Pinu. Il-Papa Franġisku, għamel il-qima tiegħu quddiem ix-xbieha tal-Madonna billi talab ukoll tliet Ave Marijiet

Dan ir-rigal ta’ apprezzament ippreżentat mill-Papa huwa madwar 84 ċentimetru għoli u jiżen madwar 1,200 gramma.
Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor se nkunu qegħdin nisimgħu lill-Kap tal-Knisja Kattolika bl-indirizz tiegħu lil dawk preżenti permezz tal-omelija.