Il-qofol taż-żjara tal-Papa Franġisku f’dan it-tieni u l-aħħar jum f’pajjiżna jintlaħaq proprju minn hawn u ftit tal-mumenti oħra biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa mill-Fosos tal-Furjana.

Sa minn kmieni dalgħodu eluf ta’ persuni nġabru biex jilqgħu lill-Papa Franġisku fil-Furjana. Skont rapporti fil-midja Taljana hu stmat li preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni hemm mal-20,000 persuna, fosthom 12,000 persuna li rriżervaw il-postijiet tagħhom bilqiegħda.







