Tuesday, December 24, 2024

Il-Papa Franġisku mistenni jitlaqqam fil-jiem li ġejjin u jgħid li kulħadd għandu jagħmel bħalu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Vatikan qed iħejji sabiex il-membri u l-istaff ikunu jistgħu jingħataw it-tilqima kontra l-COVID-19 mill-ġimgħa d-dieħla, inkluż il-Papa Franġisku stess.

F’kumment li ta lill-istazzjon televiżiv ta’ Canale 5 il-Papa Franġisku qal li hu jemmen li kulħadd għandu jitlaqqam kontra din il-pandemija. Huwa qal li skont l-etika, jekk tagħżel li ma tiħux il-vaċċin, ma tkunx qiegħed tilgħab biss ma’ saħħtek, iżda tkun qiegħed tipperikola l-ħajja ta’ ħaddieħor.

Franġisku ta’ 84 sena ħabbar li mill-ġimgħa li ġejja se jibda l-proċess tat-tilqim fil-Vatikan. Huwa stmat li b’kollox hemm mal-450 persuna li għandhom jitlaqqmu u Franġisku kkonferma li hu se jkun qiegħed jirreġistra biex jitlaqqam; “għax hija xi ħaġa li għandha ssir”.

Ta’ età żgħira, Franġisku tilef parti mill-pulmun u b’hekk jitqies fost dawk vulnerabbli u l-aktar f’riskju li jiġu affettwati mill-virus. 

Ekonomija

Sport