Il-Vatikan ħabbar li llum wara nofsinhar il-Papa Franġisku se jiddaħħal għal operazzjoni fl-istonku fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma.
It-tim mediku tas-Santità Tiegħu ddeċieda li dan l-intervent huwa inevitabbli u wara l-Papa mistenni jdum xi jiem rikoverat fl-istess sptar.