Saturday, December 21, 2024

Il-Papa Franġisku se jżur pajjiżna fit-2 u t-3 t’April

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku se jkun qed iżur pajjiżna fit-2 u fit-3 ta’ April li ġej. Dan tħabbar lejn tmiem il-quddiesa pontifikali fis-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl meta nqara messaġġ uffiċjali mis-Santa Sede. 

Il-vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku se jikkonsisti fi żjara fil-Belt Valletta, ir-Rabat, il-Floriana, Ħal Far u l-gżira Għawdxija. Il-programm flimkien ma’ aktar dettalji dwar iż-żjara tal-Kap tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna jitħabbru iktar ’il quddiem.

Il-konferma uffiċjali ssegwi ż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Robert Abela fis-Santa Sede f’Ottubru li għadda fejn din iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta kienet ukoll diskussa.

Preżenti għall-quddiesa kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Preżenti kien hemm ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Ekonomija

Sport