Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu rċevew l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Covid-19. Il-kelliem għall-Vatikan, Matteo Bruni kkonferma li beda l-programm ta’ tilqim fil-Vatikan.
Il-proċess ta’ tilqim fil-Vatikan beda lbieraħ, iżda minkejja l-konferma, mhuwiex magħruf meta tlaqqmu dawn it-tnejn li minħabba l-etajiet ta’ 84 sena u 94 sena rispettivament jitqiesu bħala persuni vulnerabbli.
Fl-aħħat ġimgħat il-Papa Franġisku tkellem kemm-il darba dwar it-tilqima tal-Covid-19 u filwaqt li qal li kien qiegħed jistenna biex jitlaqqam, appella biex kull min tiġih l-opportunità jitlaqqam għall-ġid tiegħu nnifsu u tal-komunità inġenerali.