Thursday, December 19, 2024

“Il-Papa ħareġ minn hawn jibki… il-ġlieda għal dawn in-nies tibda issa” – Patri Dijonisju Mintoff

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kull meta jien u l-fotografu Roger Azzopardi inmorru sal-Laboratorju tal-Paċi, fi xħin nidħlu nafu x’ħin noħorġu ma nafux. Id-diskursata ma’ Patri Dijonisju ikunu donnhom ma jispiċċa qatt. Minn tema għal oħra. L-immigranti. L-imwarrbin fis-soċjetà tagħna. Morna għandu fl-aħħar jiem u kif dħana kien dlonk uriena l-abbozz tar-rigal li hu ta’ lil Papa Franġisku li juri ix-xbiegħa tar-ragħaj Afrikan. Minn ġo kexxun imbagħad jurina midalja kommemorattiva li ħareġ il-Vatikan taż-żjara f’Malta. “Ejja ħa nurikom l-inkwadru li tani. Ma nixba qatt inħares, anki bil-lejl niġi nittawwalu” jgħidilna Patri Dijonisju waqt lli jeħodna fil-Kappella u hemmhekk jurina l-inkwadru tal-Madonna tas-Serħan. Dlonk iħares lejna u jgħidilna li “irridu naraw x’se nagħmlu. Il-Papa minn hawn ħareġ jibki. Bid-dmugħ f’għajnejh ħareġ. Dam siegħa aktar minn kemm kien ippjanat hawn.  L-immigranti il-Papa biss qed jitkellem fuqhom.  Issa hu iż-żmien li ssir xi ħaġa bis-serjetà.”

Lill-Patri Mintoff li llum jgħodd 91 sena, ma stajniex ma nistaqsuhx x’se jiġri u x’hemm ippjanat issa li ż-żjara ntemmet. X’se tkun it-triq ‘l quddiem.

Patri Mintoff jgħidilna li “se ngħid x’qal il-Papa. Qal li dan il-post u Malta m’għandhex tħares lejn l-istorja tal-passat imma minn issa ‘lquddiem trid tara x’se tagħmel fi-futur.  Sa issa rajna x’għamilna, imma minn issa ‘lquddiem se naraw x’se nagħmlu għall-futur. X’se nagħmlu? Meta bdejna, l-ewwel darba aktar minn ħamsin sena ilu, l-ewwel ma għamilna tfajna għajnejna fuq il-post. Konna iltqajna ftit nies, sitta minn nies u dan sar wara li l-Papa Ġwanni XXIII għamel talba lid-dinja kollha. Dak kien il-Papa li għall-ewwel darba l-Papa kiteb enċiklika, mhux  lill-insara imma lid-dinja kollha, lil kuħadd. Kitibha minħabba li kienet għadha qawwija l-klima – l-eku tal-gwerra, fejn mewt u ħajja ma kinux jagħmlu differenza.”

Ikompli jgħid li “xi tfsser ma tagħmilx differenza? Anki llum għal ċerti nies li huma midħla jew ix-xogħol tagħhom hu fil-midja, il-mewt u l-ħajja ma tagħmilx differenza. Jekk se tisma’ l-aħbarijiet ta’ filgħaxija jew filgħodu se tisma’ ir-reġina tat-tali post xtrat libsa ġdida jew li -libsa tar-reġina inbiegħet nofs miljun u xtratha mara mill-Amerika – sinjura oħra. Wara dik l-aħbar eżatt jibqa’ miexi u jgħid iġġieldu xi tribu jew żewġ pajjiżi u qatlu mitejn, aktar jew inqas u wara jgħid ħarġet aġenzija ġdida li se tagħti pilloli ġodda għal fejqan. Aħbarijiet kollha fl-istess ħin.  Għalih l-istess. Ħadmu għall-flus u biegħ ir-rekami. Hekk kienet Malta dak iż-żmien ta’ Papa Ġwannni XXIII.”

Fid-dinja l-gwerer xi ħadd iżid il-ġid tiegħu… imbagħad jaqsmu l-ġid u jerġgħu jiġġieldu fuqu

Jenfasizza “għaliex kienet hekk? L-ewwel nett id-dinja kollha kulħadd kien inġabar suldat u kulħadd sar libsa waħda. Mhux libsu toga jew hekk imma kulħadd libes libsa komuni ta’ suldat. Qed jiġġieled għal dak li jrid hu? Xi jrid hu? Meta ssir gwerra fid-dinja meta dak li għandu xi ħaġa żgħira u xi ħadd ieħor irid jeħodhielu u allura jiġġieled biex ma jeħduhilux jew għax dak li għandu ħafna irid aktar.  U jiġbor in-nies tiegħu biex iżid dak li għandu. Għalhekk issir gwerra. Id-dinja saret m’hemmx differenza bejn ħajja u mewt. Oqtol lil dan biex teħeles minnu u nieħu aktar u mbagħad kulħadd jaqsam u mbagħad jerġgħu jiġġiedu beniethom għax taqsam kemm taqsam ħadd mhu kuntent. Hekk kienet id-dinja u l-Papa Ġwanni XXIII qal li din hemm bżonn tispiċċa. Ħareġ it-tagħlim tiegħu ta’ kif għandha tispiċċa il-gwerra. Għamel appell lin-nies tal-Knisja.  Sejjaħ reliġjużi u l-ewwel appell li għamel kien lill-Franġiskani.  Kellu mil-ewwel f’rasu lill-Franġiskani.  Tant hu veru li meta hu kien se jagħmel l-akbar ħaġa  li qatt saret fis-seklu tagħna u fi żmien tal-knisja,  u li din kienet teħtieġ kuraġġ u xogħol kbir, viżjoni kbira, mar Assisi jitob lil San Franġisk biex il-pass li se jagħmel San Franġisk jgħinu fih. Dan kien il-pass kbir tal-Konċilju Vatikan. Kien pass kbir li ħadd ma ħolmu qablu. Il-knisja kollha kemm hi kienet ilha’ ma tiltaqa’  500 sena.   Qatt ma kienu iltaqgħu. L-aħħar konċilju li kien sar kien il-konċilju ta’ Trentu.  Kien baqa’ kollox l-istess għalihom, qisu qed ibiddlu libsa. Ma bidlux moħħhom u qalbhom. Bidlu l-libsa biss. Tant kien pass kbir dan, li min għażlu ħaseb li se jkun għal ftit xhur għax kellu mat-tmenin sena.  Il-motto ta’ dak i-żmien ta’ dawn il-laqgħat, li kien imexxihom il-kardinal Ottaviani, kien Semper Idem, jiġifieri “Dejjem L-Istess”.

Patri Mintoff jenfasizza li “dan il-kliem kien ifisser lil dawk in-nies kollha fid-dinja li kienu dejjem komdi u li dejjem beżgħu li xi ħadd se jneħħihom din il-kumdità. Papa Giovanni, malli tela’, l-ewwel appell lill-knisja kienet iftħu l-bibien kollha, iftħu it-twieqi kollha biex toħroġ ir-riħa ta moffa. Tant kienet kbira il-viżjoni tiegħu, li mhux ma’ laħqitx l-iskop taghħha, talli lanqas illum għadna ma wasalna. Għadna fl-ewwel passi li għamel hu.  Ta warajh il-Papa Pawlu VI, ħadem kemm felaħ, ħadem aktar minnu, dejjem fil-kwiet. Kien qisu l-bniedem moħbi fil-knisja ma jaf bih ħadd.  Kienu l-akbar żewġ papiet ta’ żmienna.

Ekonomija

Sport