Il-Papa Franġisku talab lil Alla biex jagħti s-saħħa lill-morda u jispira lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex isibu l-aktar soluzzjonijiet xierqa biex tingħeleb il-kriżi tas-saħħa u l-konsegwenzi tagħha.
Huwa qal dan waqt il-messaġġ annwali tiegħu li jissejjaħ l-Urbi et Orbi mill-gallarija tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.
Il-pontifikat imbagħad appella biex jingħataw it-trattamenti meħtieġa, speċjalment il-vaċċin kontra l-Covid-19, lill-popolazzjonijiet l-aktar fil-bżonn hekk kif sostna dwar l-importanza li kulħadd ikollu aċċess għal dan il-vaċċin.
Fost l-oħrajn waqt il-messaġġ tiegħu, il-Papa appella wkoll biex tirrenja l-paċi madwar id-dinja u tkellem ukoll dwar il-bżonn li jkun hemm aktar għarfien u għajnuna fir-rigward tal-vjolenza domestika.
Huwa tkellem ukoll rigward in-nies li ilhom imġarbba mill-kunflitt f’pajjiżhom u fi kliemu żied jgħid li sirna torox għall-karba ta’ dawk li jbatu minħabba l-kunflitt.