Saturday, December 21, 2024

Il-Papa jappella għall-paċi u jitlob lill-pubbliku jaħseb fih fit-talb

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-messaġġ tiegħu tal-Urbi Et Orbi mill-Vatikan fl-ewwel jum tas-sena l-Papa Franġisku appella kontinwament għall-paċi fid-dinja.

Il-Papa għamel referenza għaċ-ċkejken Bambin u qal li dan ma jagħmilx distinzjoni u li ma jħarisx mill-għoli tant li jagħżel li jitwieled fl-ifqar kundizzjonijiet. 

Tkellem dwar dawk il-ħafna li jinsabu mbeżżgħin minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija u oħrajn li qegħdin ibatu minn inġustizzji bħalma huma dawk li qegħdin jgħixu fil-kampijiet tar-refuġjati. Hawnhekk huwa sostna li ma nistgħux insibu l-paċi jekk ma nkunux hemm biex inservu lil xulxin.

Fl-ewwel messaġġ tiegħu għal din is-sena, il-Papa awgura lil kulħadd li jsib din il-paċi f’qalbu u qal li din tintlaħaq permezz tad-djalogu b’mod edukat u kostruttiv.

Huwa għalaq il-messaġġ tiegħu bl-appell li beda bih biex infittxu l-paċi f’xulxin filwaqt li talab lill-pubbliku biex jaħseb fih fit-talb tiegħu.

Ekonomija

Sport