Sunday, November 10, 2024

Il-Papa jappella lis-sorijiet biex iħassru l-apps tal-pornografija biex ma jagħtux lok lix-xitan

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku wissa’ lis-saċerdoti u lis-sorijiet mill-periklu li jaraw il-pornografija fuq l-internet. 

Waqt ħin li fih kien qiegħed iwieġeb mistoqsijiet dwar l-użu tal-midja soċjali u diġitali, il-Papa tkellem dwar il-vizzju.

Il-Papa qal li ħafna lajċi, inklużi qassisin u sorijiet jaraw il-pornografija u li minn hemm ikunu qegħdin jagħtu lok lix-xitan biex jidħol f’ħajjithom.

Huwa ta parir lis-saċerdoti u lis-sorijiet biex iħassru apps relatati mill-mowbajl tagħhom biex ma jaqgħux fit-tentazzjoni.

Il-Papa kien ċar li hu ma kienx qiegħed jirreferi biss għall-pornografija kriminali bħalma hija dik ta’ abbuż fuq it-tfal, iżda anke dik li ħafna jqisuha bħala ‘pornografija normali’.

Dwar kif għandhom jużaw il-midja soċjali u d-dinja diġitali, huwa qal li dawn għandhom jintużaw iżda wissihom biex ma jaħlux ħafna ħin fuqhom.

Franġisku żvela li meta kien laħaq Isqof madwar 30 sena ilu, huwa ngħata mobile li ddeskriva bħala wieħed daqs żarbuna. Madanakollu huwa qal li għamel biss telefonata waħda minnu. Ċempel lil oħtu u tah lura.

Sport