Il-Papa Franġisku ħassar vjaġġ lejn l-Afrika minħabba problema kontinwa fi rkopptu. Din l-aħbar kompliet tqajjem aktar skrutinju dwar is-saħħa tiegħu u l-ispekulazzjonijiet li fl-età ta’ 85 sena Franġisku. Fost rapporti oħra, qiegħed ikun rappurtat li huwa jista’ jkun qiegħed isegwi l-proċess tal-Papa ta’ qablu minħabba li mhux fi stat li jkompli jaqdi l-irwol tiegħu.
Il-kelliem tal-Vatikan Matteo Bruni qal li ż-żjarat ppjanati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u n-naħa t’Isfel tas-Sudan fil-bidu ta’ Lulju ġew kanċellata “fuq talba tat-tobba tiegħu sabiex ma tipperikolax ir-riżultati tat-terapija li qed jingħata għal irkopptu”.
Il-Papa, li deher fil-pubbliku juża siġġu tar-roti għall-ewwel darba fil-bidu ta’ Mejju, ikkanċella diversi impenji minn mindu għamel operazzjoni żgħira biex jikkura uġigħ fl-irkoppa.
Il-Papa għandu vjaġġ ta’ sitt ijiem fil-Kanada ppjanat għall-24 ta’ Lulju, u ieħor lejn il-Każakistan f’Settembru li ġej.