Saturday, December 28, 2024

Il-Papa jirrabja wara li l-President Macron ħallieh jistenna

Aqra wkoll

Ftit huma l-mumenti li wieħed jara lil  Papa Franġisku irrabjat. Minkejja dan, waqt żjara li għamel fi Franza kellu mument ta’ rabja wara li l-President Franċiż Emmanuel Macron kien tard għal laqgħa li kellhom u spiċċa jistennih.

Filmati li xxandru fuq il-midja Taljana wrew lil Papa jirrabja hekk kif hu kien fil-ħin bilqiegħda f’sala jistenna lil Macron, iżda dan tal-aħħar baqa’ ma deherx. Rapporti fil-midja Taljana rraportaw li Papa Franġisku beda jħares lejn is-siġġu vojt ta’ ħdejh, kif ukoll isabbat idejh mas-siġġu li kien bilqiegħda fuqu.

Wiċċu kien jidher ukoll ta’ persuna rrabjata fejn anke ġie rraportat li l-istaff tal-Papa bdew jilmentaw mal-uffiċjali Franċiżi li jekk Macron se jdum biex imur għal laqgħa, Papa Franġisku kien se jaqa’ lura mill-iskeda li kellu.

Opinjonisti Taljani bħal Giuseppe De Lorenzo kitbu fuq ġurnali li “hija tal-mistħija li xi ħadd iħalli lil Papa jistenna u b’mod ironiku sejjaħ lill-President Franċiż “il-Majista tiegħu Emmanuel II”

Hu kompla jikteb li dawn mhux affarijiet sbieħ li mistieden jitħalla jistenna għal diversi minuti. Sostna li Papa Franġisku kien għadu ġej minn vjaġġ twil, għandu ċertu età u wara kollox hu Kap ta’ Stat daqskemm hu Macron.

Jidher li waqt din il-laqgħa kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn Papa Franġisku u Macron dwar l-immigrazzjoni. Il-Papa beda jinsisti li Franza għandha tilqa’ lill-immigranti kollha li jipprovaw jidħlu fil-pajjiż, iżda min-naħa tiegħu Macron baqa’ jinsisti li hu mhux lest jaċċetta tali proposti.

Ekonomija

Sport