L-iskandli marbutin ma’ abbużi sesswali minn membri tal-kleru, liema skandli ħolqu kontroversji kbar f’għadd ta’ pajjiżi u wasslu biex djoċesi li kien involuti kellhom iħallsu flejjes kbar f’kumpens kienet trattata minn Papa Ljun XIV. Kien hemm stennija għal x’se jgħid dan il-Papa dwar dan. F’dikjarazzjoni li hu għamel fl-aħħar kiem hu ddikjara li ċ-ċelibat għall-membri tal-kleru irid jibqa u ddikjara li l-membri tla-kleru għandhom jittrattaw b’id soda lil dawk li jabbużaw sesswalment.
Il-Papa qal li l-isqfijiet “għandhom ikunu sodi u deċiżivi meta jittrattaw sitwazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw skandlu u ma’ kull każ ta’ abbuż, speċjalment dawk li jinvolvu minorenni. Hu ddikjara ukoll li jridu jirrispettaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni li hi fis-seħħ bħalissa.
Hu qal dan f’laqa’ fil-Bażilika ta’ San Pietru ma’ madwar 400 Isqof u Kardinal minn 38 pajjiż li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet speċjali tas-Sena Mqaddsa ta’ din il-ġimgħa għall-kleru. Jum wara li ta messaġġ ta’ inkoraġġiment lis-seminaristi żgħażagħ, Papa Ljun offra deskrizzjoni aktar komprensiva ta’ dak li l-Isqfijiet iridu jagħmlu biex imexxu id-djoċesi tagħhom.