Saturday, November 23, 2024

“Il-papà kien jemmen bis-sħiħ li l-annimali għandhom post il-ġenna”

Aqra wkoll

“Il-papà kien jemmen bis-sħiħ li l-annimali għandhom post il-ġenna u l-aħħar artiklu li kien ilu jaħdem fuqu kien proprju dwar is-sinjifikat tat-tbatija tal-annimali.” Hekk kien jgħid messaġġ fuq il-midja soċjali ta’ Sara Brincat Friggieri, bint il-Professur Oliver Friggieri, li l-mewt tiegħu għall-għarrieda ħasdet lill-pajjiż.

Filwaqt li rringrazzjat lil kull min wera l-appoġġ tiegħu mal-familja Friggieri, hija tenniet li missierha miet ħabta u sabta ftit xhur biss “wara li tilef il-kelb li tant u tant kien iħobb u li tant u tant kien jinkwieta dwaru kull darba li kien ikollu jidħol l-isptar”.

B’referenza għall-aħħar artiklu li kiteb, tenniet li sabitu mixħut fuq l-iskrivanija tiegħu fuq il-karti l-oħra kollha flimkien mal-aħħar versi li kiteb “L-aħħar versi, forsi”.

B’ħarsa lejn dawn l-aħħar xhur, hija qalet li filwaqt li moħħ il-Professur Friggieri kien għadu għaddej jaħseb il-ħin kollu, il-komunikazzjoni kienet saret diffiċli. “In-nuqqas ta’ komunikazzjoni flimkien man-nuqqas ta’ kuntatt mal-istudenti kienu wisq biex iġorrhom aktar u biex jaċċettahom.”

Sport