Il-Papa Ljun XIV appella biex ma tibqax gwerra f’messaġġ waqt l-ewwel barka tiegħu ta’ Ħadd fil-Vatikan. Huwa appella għal “paċi dejjiema” fil-gwerra tal-Ukrajna, għal waqfien mill-ġlied f’Gaza, kif ukoll laqa’ l-ftehim ta’ bejn l-Indja u l-Pakistan.
Nhar is-Sibt, huwa żar Ruma u mbagħad talab quddiem il-qabar tal-mibk Franġisku ġewwa l-bażilika ta’ Santa Maria Maggiore. Il-Papa Ljun se jiġi inawgurat formalment f’quddiesa fi Pjazza San Pietru l-ġimgħa d-dieħla fit-18 ta’ Mejju.
Il-Papa ntgħażel bħala l-mexxej il-ġdid tal-Knisja Kattolika nhar il-Ħamis, wara konklavi ta’ jumejn fil-Belt tal-Vatikan. Kienet ġimgħa impenjattiva, li nhar il-Ġimgħa għamel l-ewwel Quddiesa tiegħu bħala Papa fil-kappella Sistina qabel is-Sibt kellem lill-kardinali.
Huwa enfasizza l-importanza tal-ħidma missjunarja u d-diskussjoni – kif ukoll il-kura għal dawk li sejjaħ bħala l-“inqas u dawk miċħuda”. Spjega li kien għażel l-isem Leo wara Papa tas-seklu 19 magħruf għat-tagħlim tiegħu dwar il-ġustizzja soċjali.