Saturday, February 28, 2026

Il-Papa Ljun se jżur l-Alġerija f’April li ġej

Aqra wkoll

L-Arċisqof ta’ Alġiers, il-Kardinal Jean-Paul Vesco, esprima ferħ kbir għaż-żjara ppjanata tal-Papa Ljun XIV fl-Alġerija bejn it-13 u l-15 ta’ April. Din iż-żjara, li se tiftaħ il-vjaġġ tal-Papa fl-Afrika, għandha tifsira simbolika qawwija, b’mod speċjali għax se ssegwi l-passi ta’ Santu Wistin ġewwa Ippona – magħrufa illum bħala Annaba.

Il-Papa mistenni jasal fil-13 ta’ April u jibqa’ sal-15 ta’ April, f’żjara qasira iżda sinifikanti. Il-Kardinal Vesco ddeskriva l-Alġerija bħala “pont” bejn l-Ewropa u l-Afrika, kif ukoll punt ta’ laqgħa bejn il-Punent u d-dinja Għarbija-Musulmana.

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook; Kattoliċi Maltin, fejn ingħad li f’dan il-kuntest, il-Papa se jiltaqa’ mal-komunità Nisranija żgħira iżda reżiljenti, li, bħall-poplu Alġerin, għaddiet minn żminijiet ta’ tbatija u prova.

Huwa enfasizza wkoll li l-Mediterran “mhuwiex maħluq biex ikun fruntiera, iżda llum sar fruntiera u anke ċimiterju”, b’referenza għall-migrazzjoni.

Iż-żjara hija meqjusa ukoll bħala sinjal ta’ fraternità u djalogu bejn reliġjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport