Saturday, December 28, 2024

Il-parata tal-Karnival ta’ Rio posposta b’mod indefinit

Aqra wkoll

Il-parata tal-Karnival ta’ Rio de Janeiro ta’ Frar li ġej se tkun qiegħda tiġi posposta b’mod indefinit. Dan ħabbruh l-organizzatturi. Fil-ġimgħat li għaddew l-iskejjel tas-samba li s-soltu jkunu involuti kienu wissew li se jkun diffiċli li għalihom li jipparteċipaw mingħajr vaċċin. Il-karnival ta’ Rio jattira lejh miljuni ta’ viżitaturi ta’ kull sena. Il-Brażil huwa fost l-iktar pajjiżi li ntlaqtu bil-pandemija hekk kif s’issa kienu rrapportati 4.5 miljun infezzjoni u 138,000 mewt. Jorege Castanheira, li hu l-President tal-lega tas-samba Liesa qal li l-iskejjel m’għandhomx ħin biżżejjed biex jippreparaw għall-avveniment ta’ Frar. Huwa tenna li “qegħdin inħasru lejn soluzzjonijiet alternattivi li jkunu siguri u li jikkontribwixxu għall-belt. Iżda m’aħniex ċerti dwar id-data.”

Ekonomija

Sport