Saturday, January 25, 2025

Il-Parlament Ewropew japprova riżoluzzjoni tal-MPE Daniel Attard dwar it-tirannija fl-Iran

Aqra wkoll

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni mressqa mill-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard flimkien ma’ Deputati oħra, li tikkundanna bla riservi t-tirannija u r-repressjoni sistematika fl-Iran.

Din ir-riżoluzzjoni tenfasizza s-sitwazzjoni kritika ta’ attivisti bħal Pakhshan Azizi u Wrisha Moradi, li ġew ikkundannati għall-mewt, f’ċirkostanzi inumani u bi ksur manifest tad-drittijiet tal-bniedem. Ir-riżoluzzjoni tesiġi waqfien tal-piena tal-mewt u ħelsien immedjat għaċ-ċittadini Ewropej miżmuma bħala ostaġġi fl-Iran.

B’reazzjoni, Daniel Attard, li huwa l-Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iran, qal li din mhix sempliċement kwistjoni ta’ pajjiż wieħed; hija sfida għall-valuri umani li għandna niddefendu b’kull mezz. L-indifferenza hija kompliċità, u l-Ewropa ma tistax tkun indifferenti quddiem dawn l-abbużi.

Din hija t-tieni riżoluzzjoni mressqa mill-Ewroparlamentari Daniel Attard u approvata mill-Parlament Ewropew fl-ewwel sitt xhur ta’ dan il-mandat. Xhieda tal-impenn u l-ħidma kostanti tiegħu fl-interess taċ-ċittadini Ewropej u fuq kollox tal-Maltin u ‘l Għawdxin kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport