Wednesday, January 22, 2025

Il-Parlament Ewropew laqa’ l-waqfien mill-ġlied f’Gaża

Aqra wkoll

Il-President u mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew (PE) laqgħu b’sodisfazzjon il-waqfien mill-ġlied reċenti f’Gaża u l-progress li sar għall-ħelsien gradwali tal-ostaġġi, u biex titnaqqas it-tbatija immensa li ġarrbu persuni ċivili fuq iż-żewġ naħat matul l-aħħar xhur.

Fid-dikjarazzjoni twila, il-mexxejja tal-PE ħeġġew lil partijiet kollha biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ għall-obbligi tagħhom u jagħtu prijorità lill-protezzjoni taċ-ċivili. Fl-istesswaqt appellaw lill-atturi Ewropej u internazzjonali kollha biex jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-waqfien mill-ġlied u jżommu responsabbli lil dawk li jonqsu milli jikkonformaw.

“Il-ħelsien tal-ewwel ostaġġi, jimmarka tragward emozzjonali wara 15-il xahar ta’ priġunerija. Ir-ritorn tagħhom id-dar iġib serħan immens lill-familji tagħhom, fl-istess waqt li ħafna familji oħra jkomplu jissaportu l-agunija ta ‘stennija jew niket”.

Il-Parlament irrepeta s-sejħa għall-ħelsien immedjat tal-ostaġġi kollha li fadal u saħaq fuq l-importanza li tingħatalhom assistenza umanitarja urġenti waqt li għadhom fil-jasar. 

Il-mexxja tal-PE enfasizzaw li l-kriżi umanitarja f’Gaża titlob azzjoni immedjata u sostnuta u saħqu wkoll fuq l-importanza ta’ aċċess umanitarju bla restrizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-għajnuna tasal lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha.

Sostnew li l-aġenziji kollha tan-Nazzjonijiet Uniti attivi fir-reġjun għandhom ikunu appoġġjati bis-sħiħ fl-isforzi tagħhom biex jassistu lill-individwi spostati u jiffaċilitaw ir-ritorn sigur tagħhom lejn djarhom.

Fid-dikjarazzjoni tagħhom, il-mexxejja tal-PE filwaqt li tennew il-prinċipju fundamentali li l-azzjonijiet kollha għandhom ikunu konformi mal-liġi umanitarja internazzjonali, affermaw mill-ġdid l-impenn tal-Parlament Ewropew għal soluzzjoni nnegozjata ta’ żewġ stati, li tibqa’ l-aktar triq vijabbli għal paċi u sigurtà dejjiema kemm għall-Iżraeljani kif ukoll għall-Palestinjani. 

Bħala rappreżentanti tal-poplu Ewropew, il-PE se jimpenja ruħu b’mod attiv fl-appoġġ tal-isforzi għall-paċi permezz tad-diplomazija parlamentari. 的t-tisħiħ tad-djalogu mal-atturi reġjonali, it-trawwim tal-kooperazzjoni, u l-iżgurar tar-rwol tal-UE bħala faċilitatur tal-paċi huma essenzjali biex tinbena l-fiduċja u titqiegħed il-bażi għal paċ

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport