Friday, November 15, 2024

Il-Parlament isellem il-memorja ta’ Anne Agius Ferrante

Aqra wkoll

Sadanittant, il-Parlament sellem il-memorja tal-eks Membru Parlamentari Anne Agius Ferrante, li mietet fil-5 t’April li għadda fl-età ta’ 97 sena. Agius Ferrante kienet l-ewwel mara li ġiet eletta fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista. Hija kienet eletta fil-Parlament fl-1980 f’elezzjoni każwali wara l-mewt tal-eks Prim Ministru Ġorġ Borġ Olivier.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ddeskriva lil Anne Agius Ferrante bħala mara li ma tiddejjaqx tgħid li dak li temmen fih u soda f’dak li kellha xi tgħid. Qal li hija kienet attiva wkoll anke barra l-politika u għalhekk il-memorja tagħha se tibqa’ ħajja mhux biss fl-istorja politika imma wkoll fil-qlub ta’ ħafna Maltin u Għawdxin.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li Anne Agius Ferrante kienet strumentali biex jinfetaħ il-bieb għal aktar nisa biex joħorġu għall-politika. Qal li kienet ittenni li sehem il-mara hu importanti ħafna fil-politika għax tista’ tagħti ħafna. Dan filwaqt li minn dejjem kienet tal-fehma li pajjiżna għandu jkun madwar il-medja Ewropea.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ngħaqad mas-sentimenti espressi taż-żewġ naħat tal-Kamra u ta l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Anne Agius Ferrante.

Ekonomija

Sport