Il-Parlament aġġorna għall-btajjel tas-Sajf u se jerġa’ jiltaqa’ fil-15 ta’ Settembru li ġej.
F’kumment li tella’ fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela nnota li “qabel aġġornajna l-Parlament għaddejna liġi li biha se nsaħħu b’mod qawwi biex dak dovut għall-poplu tagħna, il-ħlas tat-taxxa, iseħħ b’mod ġust u b’hekk bħala Gvern nibqgħu ninvestu fin-nies.
“Il-ħidma parlamentari tkompli fil-ġimgħat li ġejjin iżda f’dawn il-jiem se nibqgħu ffukati billi nfasslu Budget b’saħħtu ieħor favur il-familji u n-negozji li bis-saħħa tagħhom għandna ekonomija li qed tkompli tiġġenera l-ġid,” temm jgħid il-Prim Ministru.