Il-Parlament dalgħodu approva l-Budget 2026 hekk kif il-Kamra tal-Rappreżentanti rriżolviet ruħha f’Kumitat ta’ Provvista biex saret il-votazzjoni dwar l-estimi ġenerali u r-riżoluzzjonijiet li tressqu fid-diskussjoni dwar il-Budget 2026.
Il-Budget 2026 ġie approvat wara li fl-istadju tat-Tielet Qari, 38 deputat tal-Gvern ivvotaw favur filwaqt li 33 deputat tal-Oppożizzjoni vvotaw kontra.
In-nefqa totali tal-budget 2026 hi ta’ kważi €9.3 biljun.
L-ikbar nefqiet se jsiru għall-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva b’iktar minn €1,684 miljun, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sports, Żgħażagħ u Innovazzjoni bi kważi €1,200 miljun u kważi €2,559 miljun għall-Ministeru tal-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal.

