Fis-seduta Parlamentari tal-lejla ġie approvat l-implimentazzjoni tal-Budget għal din is-sena. Il-budget ta’ miżuri preżentat fl-aħħar xhur mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana għadda b’maġġoranza ta’ 35 vot favur u 27 vot kontra.
Permezz ta’ dan il-vot issa jista’ jiġi implimentat l-akbar Budget soċjali u ambjentali li qatt ħabbar Gvern f’pajjiżna.
Il-Budget 2022 ippreżentat fl-aħħar xhur huwa wieħed li jagħti importanza l-qasam soċjali ta’ pajjiżna, b’allokazzjoni ta’ fondi li tlaħħaq investiment rekord ta’ €1,800,000. Fost il-ħafna benefiċċji li ġew imħabbra jew estiżi kien hemm żieda għal darba oħra lill-pensjonanti.